Select Page

Il-kantawtur żagħżugħ Aidan Cassar ipparteċipa fil-festival Mużika Mużika permezz tal-kanzunetta Naħseb Fik, b’kitba u kompożizzjoni tiegħu stess.

Huwa kien wieħed mit-12-il finalist iżda minkejja li din il-kanzunetta ma kklasifikatx mal-ewwel tlieta, jidher li ntlaqgħet tajjeb ħafna mill-Maltin għaliex wara biss ftit jiem mill-finali tal-festival Mużika Mużika, Naħseb Fik qed tikklassifika fl-ewwel post f’diversi klassifiki mużikali f’pajjiżna.

Dan is-suċċess jawgura tajjeb għal Aidan u l-proġett tiegħu ta’ din il-kanzunetta.

Int x’jidhirlek minn din il-kanzunetta?

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks