Nephrolepis hija ġeneru ta’ madwar 30 speċi ta’ felċi. Hija l-aktar magħrufa bħala Boston Fern. Frondi twal mgħottijin b’fuljetti msejħa pinnae jagħmlu din il-pjanta tad-dar sabiħa u ideali għal hanging baskets partikolarment.
Din il-pjanta teħtieġ dawl qawwi u indirett. L-ebda xemx diretta. Dawwar il-pjanta kull ġimgħa biex tesponi n-naħat kollha għad-dawl.
Żomm il-ħamrija kontinwament niedja, iżda mhux imxarrba. Ħu ħsieb il-felċi kbar u dawk li jkunu f’hanging baskets minħabba li jistgħu jinxfu malajr. Il-frondi li jkunu qed jidbielu jew jaqgħu huma kkawżati jew minn nuqqas ta’ ilma jew inkella ilma żejjed. Dejjem uża ilma ‘room temperature’ għall-pjanti tad-dar tiegħek. L-ilma kiesaħ huwa xokk għal dawn it-tropikali teneri.
Umdità: Ipprova żomm arja niedja, madwar 40-50% umdità relattiva, ħdejn il-felċi. Uża umidifikatur tal-kamra għall-aħjar riżultati.
It-temperaturi normali tal-kamra jeħtieġu li jkunu 18-24 gradi importanti li ma titpoġġiex felċi f’inqas minn 10 gradi.
Għalf kull ġimagħtejn is-sena kollha b’fertilizzant bilanċjat li jinħall fl-ilma.

Kontributriċi