Proprju fis-27 ta’ Marzu tal-2005 ixxandar l-ewwel episodju tas-serje Amerikana tant popolari, anki f’pajjiżna, Grey’s Anatomy.
Grey’s Anatomy hija serje medika televiżiva li tittratta kemm dak kollu li hu relatat mal-mediċina kif ukoll il-ħajja personali tat-tobba u l-kirurgi.
It-titlu huwa allużjoni għall-Gray’s Anatomy, ktieb klassiku dwar l-anatomija tal-bniedem ippubblikat għall-ewwel darba fl-1858 f’Londra u miktub minn Henry Gray.
Shandy Rhimes żviluppat il-pilot ta’ din is-serje u kompliet tikteb sal-2017. Krista Vernoff, li qabel kienet taħdem ma’ Rhimes, illum hija x-showrunner ta’ Grey’s Anatomy.
Bħalissa Grey’s Anatomy jinsab fis-17-il staġun tiegħu
Int tiftakru l-ewwel episodju? Liem karattru huwa l-aktar favorit tiegħek minn din is-serje?
