Ilbieraħ l-Aġenzija għall-Infurzar Lokali (LESA) ħabbret li fil-jiem li ġejjin se tinstalla’ erba’ speed cameras fi Triq il-Kosta.
Se jkunu qed jitwaħħlu tnejn fuq kull naħa tat-triq, filwaqt li s-sinjali li jindikaw fejn ix-xufiera jistgħu jiltaqgħu mal-ispeed cameras, diġà ġew installati, u approvati minn Transport Malta (TM).
Ir-raġuni wara din id-deċiżjoni hija għaliex f’din it-triq seħħew numru ta’ inċidenti koroh u saħansitra anki mwiet. Fi stqarrija, il-LESA qalet li kien hemm rakkomandazzjonijiet li dawn ħarġu wkoll minn Inkjesta Maġisterjali, għalhekk wara studju li sar, ġew identifikati l-postijiet fejn l-aktar iseħħu dawn l-inċidenti, fejn fihom se jitwaħħlu l-ispeed cameras.
Ikkumenta
