Għandek bżonn (għal 3 jew 4 persuni):

500g Bucatini

300g Bejken midħun jew imqatta’ rqiq

2 bottijiet tadam imqatta’, jew 15-il tadama friski mqaxxrin

2 bżar aħmar milli jaħraq, imqatta’ rqaq, jew mgħarfa chilli flakes

Tazza nbid abjad (200ml)

Kuċċarina żejt taż-żebbuġa (jekk se ssajjar f’reċipjent ‘non stick’ m’hemmx għalfejn tuża żejt.)

Niskata melħ

100g ġobon pecorino maħkuk

Metodu:

  • Saħħan iż-żejt ġo taġen fond. Żid il-bejken u ħallih isir għal ftit minuti sakemm il-bejken jibda jieħu ftit kulur. Ħawwdu spiss.
  • Żid l-inbid, ħawwad, u ħallih itektek għal ftit minuti fuq nar baxx.
  • Issa żid il-bżar aħmar, it-tadam bil-likwidu tiegħu, u l-melħ. Ħawwad sew u ħallih itektek fuq nar baxx għal bejn 20 u 30 minuta. Din iz-zalza trid tkun maqgħuda u allura kemm jista’ jkun għandu jkun nixef il-likwidu kważi kollu.
  • Sakemm ittektek iz-zalza, saħħan ilma ġo borma sakemm jagħli, itfa’ l-bucatini u ħallih isir sakemm ikun ‘al dente’.
  • Saffi l-bucatini u itfgħu fit-taġen maz-zalza. Ħawwad kollox sew u servi bil pecorino maħkuk fil-wiċċ.

L-ikla t-tajba!

Nota żgħira fuq din ir-riċetta li għandha storja twila………koki Taljani jargumentaw fuq jekk dan il-platt għandux ikun fih basal u tewm jew le. Jien naqbel ma’ tal-le, però min irid jista’ jżid basla u tewma imqatta’ rqaq meta jitfa’ l-bejken.

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks