Select Page

Fi stqarrija, l-unjin tal-għalliema l-MUT saħqet li filwaqt li tirrispetta d-deċiżjonijiet dwar il-miżuri meħuda mill-awtoritajiet tas-saħħa sabiex titrażżan l-imxija tal-pandemija Covid-19, il-ftuħ tal-iskejjel m’għandhiex tkun l-ewwel miżura li tiġi rilaxxata, u jekk dan iseħħ mhux se jkun hemm qbil mill-MUT.

L-MUT kompliet issostni li s-sitwazzjoni fl-iskejjel qabel ingħalqu kienet ta’ detriment għal kulħadd, għaliex wasslet għal mijiet ta’ studenti u familji fi kwarantina.

Għaldaqstant, biex tiġi evitata sitwazzjoni simili ta’ ftit ġimgħat ilu, l-MUT talbet li l-pjan tar-rilaxx tal-miżuri jkun wieħed għaqli.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks