Għandek bżonn (għal 4 porzjonijiet jekk se sservih waħdu, jew għal bejn 8 u 10 porzjonijiet jekk se sservih mar-ross):
Kilo flett tal-majjal, imqatta’ f’biċċiet jew strixxi ‘bitesized’
Dqiq ‘plain’, madwar tlett imgħaref
Mgħarfa butir ‘unsalted’
250g tadam imqadded imqatta’
200g pancetta dolce
Żewġ tazzi Hopla light jew krema friska
Nofs cube tat-tiġieġ maħlula f’200ml ilma sħun, biex tagħmel stokk
Basla mqatta’ rqiqa
Mgħarfa tursin frisk, imqatta’
Kuċċarina salvja
Kuċċarina bżar
Metodu:
- Poġġi l-biċċiet tal-majjal fi skutella kbira. Żid id-dqiq, il-bżar u s-salvja. Ħawwad sew flimkien.
- Saħħan il-butir f’taġen kbir ‘nonstick’. Aqli l-biċċiet tal-majjal għal 5 minuti fuq nar qawwi. Ħawwad kontinwament sakemm il-majjal jieħu ftit kulur. Neħħi l-majjal mit-taġen u warrab f’post sħun.
- Fl-istess taġen, żid it-tadam l-imqadded, il-basla, u l-pancetta. Ħawwadhom, u aqli għal ftit minuti sakemm il-basla ssir ratba.
- Erġa żid il biċċiet tal-majjal ġot-taġen, u wkoll żid l-istokk tat-tiġieġ u l-krema.
Meta jkun kważi se jibda jagħli, baxxi n-nar, agħtti t-taġen parzjalment u ħalliha ttektek għal madwar nofs siegħa. Tiha taħwida minn ħin għall-ieħor. - Neħħi minn fuq in-nar u roxx it-tursin fil-wiċċ.
- Servi waħdu jew mar-ross.

L-ikla t-tajba!
Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net
Ikkumenta

Kontributriċi