Ftit tal-ħin ilu tnieda l-vidjow mużikali Naħseb Fik ta’ Aidan Cassar, li kienet waħda mill-kanzunetti finalisti fil-Festival Mużika Mużika.

Din il-kanzunetta hija fost l-aktar favoriti fost il-Maltin, fil-fatt qed tiġi kklassifikata fl-ewwel post f’diversi klassifiki Mużikali lokali.

Bosta għaddew kummenti pożittivi dwar din il-kanzunetta fuq il-midja soċjali u jidher li l-vidjow qed jintlaqa’ tajjeb ħafna wkoll.

Min-naħa tagħna nawguraw lil Aidan aktar suċċess fil-karriera mużikali tiegħu!

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks