Select Page

Il-pjanta Aglaonema, magħrufa l-aktar bħala Chinese Evergreen hija pjanta tad-dar b’weraq dekorattivi, ideali ħafna għad-djar u l-postijiet tax-xogħol tagħna.

Din il-pjanta hija nattiva għal reġjuni tropikali u subtropikali tal-Asja u għalhekk għandha bżonn post sħun u ftit umdità biex tikber fl-aqwa tagħha.

Tolleranti għal kundizzjonijiet ta’ dawl baxx u kura sporadika, hija pjanta ideali għal dawk li ma tantx huma familjari mal-pjanti iżda wkoll għal dawk li għandhom aktar esperjenza.

Huwa veru li mhux neċessarjament għandha l-wow factor li għandhom pjanti oħra ta’ ġewwa iżda ċ-Chinese Evergreen hija sottovalutata.

Kif semmejna, din il-pjanta hija perfetta għall-postijiet b’dawl baxx imma anki medju jew qawwi. Kapaċi tgħix f’postijiet li pjanti oħra ma jittollerawx iżda ma tibqax ħajja f’postijiet litteralment bla dawl allura importanti li ma tpoġġihiex fi kmamar mingħajr tieqa.

L-Agraonema tħobb il-ħamrija tagħha tkun biss niedja. Importanti li ma tkunx imxarrba ħafna jew kompletament niexfa. Fix-Xitwa, u jekk il-pjanta tiegħek qiegħda f’post b’dawk baxx jista’ jkuj li jkollok bżonn issaqqiha biss darba kull ġimgħatejn. F’postijiet b’dawl aktar qawwi jew b’temperatura sħuna ħafna jista’ jkun hemm bżonn li ssaqqiha darba jew darbtejn fil-ġimgħa. Twaqqigħ ta’ weraq u ħamrija mxarrba jfisser li tkun saqqejtha żżejjed filwaqt li weraq u zkuk li jkunu ppuntati ‘l fuq ħafna flimkien ma’ ħamrija xotta jfisser nuqqas ta’ ilma.

Għalkemm hija pjanta li tiflaħ, tippreferi umdità għolja, iżda xorta jittolleraw kundizzjonijiet ta’ umdità baxxa. Però żomm f’moħħok li ma jmorrux tajjeb jekk l-arja tkun niexfa ħafna.

Uża fertilizzant normali tal-pjanti tad-dar kull ftit ġimgħat, iżda minħabba n-natura faċli tagħhom xorta jmorru tajjeb b’fertilizzazzjoni inqas frekwenti.

Din il-pjanta tikber pjuttost bil-mod u tieħu ħafna żmien biex ikun wasal iż-żmien biex tbiddlilha l-pot, jiġifieri tirrikjedi manutenzjoni minima.

In-natura popolari ta’ dawn il-pjanti ħeġġet biex jitkabbru varjetajiet u kultivari interessanti u attraenti tal-Aglaonema, b’kollox hemm possibbilment ‘il fuq minn mit tip differenti disponibbli.

Huma sikuri għall-annimali domestiċi?

Dawn huma pjanti valenużi, madanakollu rarament joqtlu annimal jew bniedem. Meta tikkunsidra s-sigurtà, il-problema hawnhekk hija li l-partijiet kollha tal-pjanta fihom kristalli mikroskopiċi ta’ ossalat tal-kalċju f’forma ta’ labra u meta xi annimal (jew persuna) jiekol xi ftit, jikkawża uġigħ u nefħa fil-ħalq.

Jekk jirnexxillek tieħu ħsieb il-bżonnijiet pjuttost bażiċi ta’ din il-pjanta, tagħtik lura ħafna benefiċċji, fosthom li tgħin biex iżżomm arja nadifa.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks