Għandek bżonn (għal żewġ persuni):
Żewġ werqiet minn kaboċċa ħamra
Żewġ werqiet minn kaboċċa ħadra
Żewġ basliet mill-aħdar (spring onions)
Sitta ravanell, imqattgħin slices
Nofs Romanesco mqatta’ fi ‘florets’ żgħar
10 fażoliet mill-ħadra (imsajra u maqsuma f’żewġ biċċiet)
4 slices perżut tal-parma
Żewġ imgħaref lewż, imqatta’ u inkaljat.
Żewġ imgħaref parmesan, imqatta’ rqiq.
Raxxa bżar
Għad-dressing:
Żewġ imgħaref għasel
Mgħarfa żejt taż-żebbuġa
Żewġ kuċċarini mustarda
Kuċċarina ħall balsamiku
Metodu:
- Ipprepara d-dressing billi tħallat sew l-erba’ ingredjenti flimkien ġo tazza. Żomm fil-friġġ biex tużah aktar tard.
- Imbagħad ibda billi tqatta’ l-kaboċċa ħamra, il-kaboċċa ħadra, u l-basal aħdar. Ħallathom flimkien, u poġġi nofs it-taħlita fil-qiegħ ta’ kull platt.
- Imbagħad ibda ibni l-insalata tiegħek billi żżid il-biċċiet tar-ravanell, u l-biċċiet tar-romanesco.
- Aqta’ kull ‘slice’ ta’ perżut parma f’erba’ biċċiet. Irrumblahom u żejjen il-platti tiegħek bihom u bil-fażola ħadra.
- Żid il-biċċiet tal-parmesan u l-lewż inkaljat, u fl-aħħar agħmel raxxa bżar fuq kull platt.
- Żid id-dressing fil wiċċ u servi.

L-ikla t-tajba!
Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net
Ikkumenta

Kontributriċi