Ftit xhur ilu rajna waħda mill-avventuri ta’ Pierre u sħabu fiż-żjara tagħhom ġewwa Għar il-friefet. Din id-darba flimkien magħhom se nesploraw Għar Ħasan.

X’tistgħu tgħidulna dwar dak li rnexxilkom tiskopru dwar dan l-għar?

Kif tistgħu taraw fil-filmat, din id-darba jien u Matt morna nesploraw Għar Ħasan. Dan l-għar għandu partijiet li jista’ jżurhom kulħadd u partijiet oħra li huma aktar tekniċi u għandha titqies il-kawtela. Bħal dejjem is-sigurtà l-ewwel u wieħed jeħtieġ dawl tajjeb u preferibbilment elmu.

Dan l-għar jinsab fil-parti tan-Nofsinhar tal-gżira li jħares lejn l-irdumijiet u l-baħar blu skur. L-għar jissejjaħ Għar Hasan jew Hasan’s Cave. Għar Ħasan huwa twil madwar 387 metru u jista’ jinstab 70 metru ‘l fuq mil-livell tal-baħar. Id-daħla tal-għar hija għolja 5 metri u wiesgħa 6 metri, b’dimensjoni ta’ 20 metru.

Bħal għerien oħra, hemm leġġenda dwaru u bħal dejjem ikun hemm verżjonijiet differenti tal-leġġenda. L-ewwel waħda hija li Ħasan, ‘ribellu’ Saracen tas-seklu 12 tefa’ għajnejh fuq xebba ħelwa u ddeċieda li jaħtafha u jaħbiha fl-għar. Dan qajjem rewwixta man-nies tal-post u attakkaw l-għar. Minflok ma ħalla lilu nnifsu jinqabad, Ħasan tefa’ lit-tfajla fil-baħar ta’ taħt l-għareġ u kkommetta suwiċidju billi qabeż.

Verżjoni oħra hija li t-tfajla nħatfet u Ħasan ġiegħlha twiegħed imħabba eterna għalih u hi tkun meħlusa. It-tfajla ddisprat u qabżet minn fuq irdum u wara Ħasan qabeż warajha.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks