Proprju x-xahar id-dieħel il-grupp mużikali Skald mistenni jniedi kanzunetta oħra bl-isem ta’ Kura. Ċertament skoperta.net se jkun qed iwasslilkom aktar informazzjoni fil-jiem li ġejjin.

Sadanittant, tistgħu tgawdu żewġ sessjonijiet mużikali minn dan il-grupp li tant jagħti ġieh lil-lingwa Maltija permezz ta’ dawn il-filmati.

Il-grupp Skald ingħaqad fis-sena 2017 bil-għan li jimmużika poeżiji tal-poeta Nazzjonali Dun Karm Psaila għal attività organizzata mill-kumitat Festi Nazzjonali u minn hemm ħarġet Vassalli.

Wara din l-okkażjoni, il-grupp ġie avviċinat minn Festivals Malta sabiex ikompli jibni xogħol mużikali li jippromwovi l-mużika tradizzjonali Maltija, speċjalment l-għana ma’ ġeneri mużikali differenti.

Il-patrijott Malti Mikiel Anton Vassalli kieku din is-sena għalaq 257 sena!!

Din hi il-kanzunetta Vassalli mill-poeżija, lil Mikiel Anton Vassalli tal-poeta Nazzjonali Dun Karm Psaila.

Il-Pjazza l-Kbira hija ispirata mill-istorja tal-kantawtur taljan Lucio Dalla fid-diska tiegħu “Piazza Grande”.
Kanzunetta li tittratta fuq il-vjaġġ tal-ħajja ta’ vagabond u l-pjazza li donnha saret santwarju għalih u għas-solitudni li jġorr fuq spalltu. L-istil hu wieħed folkloristiku, msawwar b’għana ħelwa,
passaġġ ta’ melodija tal-prejjem tal-lament akkumpanjat bil-ħoss tal-qasbanda.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks