Select Page

🍋🌅🌶 L-isfida ta’ din il-ġimgħa hija dwar xi ħaġa li nsejħu “Morning Mojo” dan jgħin lil ġismek jipprepara ruħu għal ġurnata oħra bl-aktar mod healthy..

Dan huwa sempliċement lumi frisk magħsur bl-ilma u niskata bżar (idealment Cayenne). Huwa mod tajjeb ħafna biex tibda l-ġurnata, u l-istudji juru li huwa tajjeb għalik!

Dawn huma xi ftit raġunijiet li għandek Iddaħħlu fir-rutina ta’ filgħodu tiegħek:

🍋 Se jgħin biex jitnaddfu t-tossini li jinbnew f’ġismek waqt li tkun rieqed.

💦 Se jgħin biex tħaddem il-metaboliżmu tiegħek.

🍋 Jgħin biex jistimula s-sistema ċirkolatorja tiegħek.

💦 Jgħin biex jalkalizza l-‘pH’ tiegħek, inaddaf ġismek u jħaffef ir-rilaxx tat-tossini.

🍋 U … tibda l-ġurnata tiegħek b’doża ta’ idratazzjoni!

🌰 Fil-qosor, il-“Morning Mojo” tiegħek ikollu effett ta’ ditossifikazzjoni fuq ġismek, itejjeb is-sistema immuni tiegħek, jgħinek fil-kura tal-ġilda tiegħek, u jħaddem il-metaboliżmu tiegħek biex tibda l-ġurnata tiegħek!

🍋🌶💦 Biex tagħmel il-Morning Mojo tiegħek, sempliċement agħmel madwar 250ml ilma b’temperatura normali, żid ftit meraq tal-lumi frisk u ftit bżar Cayenne.

Tista’ wkoll żżid ftit ġinġer frisk maħkuk, li fih bosta benefiċċji għas-saħħa, inkluż għad-diġestjoni.

🌺 Se tingħaqad magħna? Għidilna fil-kummenti!

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks