Il-kantanta żagħżugħa li se tirrapreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest nediet verżjoni sinfonika tal-kanzunetta Je Me Casse.

Il-kanzunetta, li se tipparteċipa biha fil-Malta Eurovision Song Contest f’Rotterdam f’Mejju li ġej, Je Me Casse intlaqgħet tajjeb ħafna minn bosta fans tal-Eurovision madwar id-dinja, fil-fatt saħansitra uħud qed jgħidu wkoll li għandha tkun ir-rebbieħa.

Din il-verżjoni, li ġiet irrekordjata flimkien mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta fil-forti storiku ta’ Sant Iermu fil-Belt Valletta, tkompli toħroġ is-sbuħija u l-qawwa tal-vuċi ta’ Destiny filwaqt li turi wkoll kemm Je Me Casse hija kanzunetta versatili li tista’ tiġi interpretata b’diversi modi.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks