Select Page

Nhar l-Erbgħa li ġej fuq il-programm Illum ma’ Steph, fis-6pm fuq TVM se jitnieda l-vidjow mużikali tal-kanzunetta Binti, ta’ J’Anvil u Jade.

J’Anvil u Jade ipparteċipaw fil-festival Mużika Mużika bil-kanzunetta Binti, kitba ta’ Roberta Magri u kompożizzjoni ta’ Richard Micallef.

Minkejja li ma kinitx waħda mill-finalisti, Binti hija waħda mill-kanzunetti li ntlaqgħet tajjeb ħafna mill-pubbliku. Minbarra l-vuċijiet sbieħ ta’ J’Anvil u Jade, ċertament li l-interpretazzjoni ta’ dan id-duo, il-missier u bintu misset ħafna qlub.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks