Jekk ma tistax tivvjaġġa lejn Hogwarts minħabba COVID, allura Hogwarts jidħol fid-dar tiegħek! Għada t-Tnejn 19 t’April fis-1 a.m. (ħin universali) se jsir tour virtwali bla ħlas minn Explore Unlimited Tours.

Hagwarts hija l-iskola tal-maġija li attenda Harry Potter u sħabu. Virtwalment wieħed jista’ jesperjenza l-ħolqien ta’ Harry Potter waqt li jingħaqad ma’ gwida esperta, is-siti li ispiraw postijiet fil-ktieb, u s-set fejn iffilmjaw Harry Potter. Hekk kif virtwalment l-udjenza se timxi fit-toroq tal-Iskozja, se tiddiskuti r-rilevanza ta’ kull żona għal Harry Potter kif ukoll is-sinifikat storiku ġenerali ta’ kull post.

Permezz ta’ bastun, l-udjenza se tingħaqad mal-gwida esperta lokali (Skoċċiża) tas-saħħar fit-tour oriġinali ta’ Edinburgu li rebaħ il-premju ddisinjat apposta għall-ammiraturi ta’ Harry Potter.

L-udjenza se tiskopri l-postijiet maġiċi li ispiraw karattri u xeni fis-serje, żżur il-postijiet fejn JK Rowling kitbet il-kotba, u saħansitra titgħallem xi maġija jew tnejn matul il-vjaġġ.

Se niskopru wkoll fejn Lord Voldemort hu midfun, il-ħajja reali ta’ Diagon Alley, u saħansitra jkollna ċ-ċans insibu d-dar stess fl-iskola tal-maġija ta’ Hogwarts f’Edinburgu.

Il-gwida li se tmexxi l-udjenza se tuża taħlita maġika ta’ Google Earth u stampi b’riżoluzzjoni għolja biex prattikament tagħti l-ħajja lil dan it-tour. Għaldaqstant, l-organiżżaturi qed jitolbu biss li ġġib xi ħaġa li tista’ tuża bħala bastun!

Barra minn hekk, hekk kif inżuru wħud mill-postijiet ta’ Harry Potter f’Edinburgu, il-gwida se tiddiskuti l-istorja vera tas-sit (fir-rigward tal-Iskozja).

Il-links u l-istediniet kollha taċ-chatroom jintbagħtu ftit minuti qabel l-avveniment (biex jiġi żgurat li jattendu biss r-reġistranti). Huma jintbagħtu fl-indirizz elettroniku li tuża biex tirreġistra għall-avveniment.

Sabiex wieħed jirreġistra għal dan it-tour, irid jidħol fuq facebook Virtual Tour of Harry Potter Location Tour of the United Kingdom u wara tidħol fuq Explore Unlimited Tours.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks