L-eks uffiċjal tal-pulizija Derek Chauvin instab ħati li qatel lil George Floyd is-sena li għaddiet.
Derek Chauvin, ta’ 45 sena kien iffilmjat għarkupptejh fuq għonq Floyd għal aktar minn disa’ minuti.
Il-filmat qajjem ħafna reazzjonijiet u protesti mad-dinja kollha kontra r-razziżmu u l-użu eċċessiv tal-forza mill-pulizija.
Chauvin instab ħati fuq tliet akkużi: qtil fit-tieni grad, qtil fit-tielet grad u omiċidju.
Huwa se jibqa’ arrestat sakemm jiġi kkundannat u jista’ jqatta’ għexieren ta’ snin ħabs.
Ikkumenta
