Ftit tal-ħin ilu ġiet imnedija l-kanzunetta Tbissem kantata minn Ira Losco u Matthew James Borg. Din il-kanzunetta hija kollaborazzjoni bejn il-Gvern u ż-żewġ artisti, b’kompożizzjoni ta’ Kris Spiteri u b’arranġament minn Jagged House.

Din il-kanzunetta twassal il-messaġġ li t-tbissima u l-imħabba huma t-tama li jdawwlu ħajjitna anki fiċ-ċirkostanzi diffiċli tal-pandemija.

Il-kanzunetta Tbissem hija t-tieni kollaborazzjoni bejn Ira Losco u Matthew James Borg, dan għaliex f’Novembru li għadda huma nedew il-kanzunetta In the Rain.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks