Select Page

Għandek bżonn (għal 4 wraps):

Mgħarfa żejt taż-żebbuġa
Mgħarfa meraq tal-lumi
Bżaru mill-ħelu, maqtugħ strixxi rqaq
Basla mqatta’ strixxi rqaq
250g ġobon Halloumi, maqtugħ fi 12-il slice.
4 wraps
100g weraq tal-ispinaċi mgħolli
12-il żebbuġa, maqtugħin min-nofs
12 imgħaref Hummus

Għall-Hummus għandek bżonn:

Bott (400g) ċiċċri
Żewġ sinniet tewm midħunin
Mgħarfa tursin frisk imqatta’ rqiq ħafna
Mgħarfa meraq tal-lumi
Niskata melħ
Kuċċarina żejt taż-żebbuġa
Żewġt imgħaref Tahini
(nota: jekk ma tixtieqx tuża Tahini tista’ tuża żewġt imgħaref yoghurt plain minflok)

  • Ħallat l-ingredjenti kollha flimkien u għaffiġhom sakemm ikollok pejst lixx.
  • Tista’ tghaffiġhom b’food mixer jew b’mehries u lida.

Metodu:

  • Fi skutella żgħira, ħallat iż-żejt taż-żebbuġa u l-meraq tal-lumi flimkien.
  • Ħallat il-bżaru ħelu u l-basla flimkien fi skutella oħra. Żid nofs it-taħlita taż-żejt taż-żebbuġa u ħawwad sewwa.
  • Saħħan il-grill jew ‘grill pan’.
  • Irranġa t-taħlita tal-bżar u l-basla fuq dixx tal forn, jew fuq il-grill pan.
  • Sajjarhom fuq nar għoli għal madwar ħames minuti sakemm jieħdu ftit kulur imma ma jsirux rotob.
  • Warrabhom u ħallihom jibirdu.
  • Irranġa s-slices tal-Halloumi fuq il-grill jew grill pan, u idlikhom bil-kumplament tat-taħlita taż-żejt taż-żebbuġa.
  • Sajjar għal madwar 3 minuti. Imbagħad poġġihom fuq platt imkebbin bil-foil biex jibqgħu sħan.
  • Issa tista’ tibda tirranġa r-wraps.
  • Idlek kull wrap bi tliet imgħaref hummus.
  • Agħtti l-hummus bi ftit spinaċi.
  • Żid kwart mit-taħlita tal-bżar u l-basal fuq kull wrap.
  • Poġġi tliet slices mill-ġobon halloumi. U fl-ahhar żid sitt nofsijiet żebbuġ fuq kull wrap.
  • Irrombla r-wraps u servi mill-ewwel.

Tista’ wkoll tpoġġi r-wraps taħt il-grill għal żewġ minuti jekk tippreferi li jiġu ftit iqarmċu.

L-ikla t-tajba!

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks