Il-kantanta Lyndsay Pace, għadha kif nediet il-vidjow mużikali tal-kanzunetta Ride or Die li hija proprju l-ewwel kanzunetta mill-album Dopamine, li ħa joħroġ fil-futur qarib. Dan l-album jinkludi 12-il kanzunetta fuq stil pop/dance u huwa proġett li nħadem flimkien ma’ produtturi u kittieba barranin.


Dawn il-kanzunetti se jkunu qed jindaqqu fuq l-istazzjonijiet ewlenin tar-radju u se jkunu disponibbli għall-bejgħ fuq il-pjattaformi diġitali kollha.


L-akbar ambizzjoni ta’ Lyndsay hija dik li tilħaq livell internazzjonali fl-industrija tal-mużika u tkompli tevolvi bħala artista professjonali.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks