Nhar is-Sibt li ġej, 8 ta’ Mejju bejn nofsinhar u nofsillejl se ssir maratona b’risq il-Malta Trust Foundation, li se tixxandar fuq l-istazzjonijiet lokali kollha.

L-għan ta’ din il-maratona huwa li jinġabru fondi biex il-Malta Trust Foundation tkun tista’ tagħti aktar apparat elettroniku personalizzat lil tfal neqsin mid-dawl u tfal bl-awtiżmu.

Dawn l-apparati elettroniċi personalizzati, magħmula apposta, huma essenzjali biex jgħinu lit-tfal u jiggwidawhom matul l-edukazzjoni tagħhom.

Fil-każ ta’ tfal bl-awtiżmu, intervent ta’ Augmentative and Alternative Communication (AAC) għal tfal bi bżonnijiet kumplessi jgħin fl-iżvilupp tal-ħiliet ta’ komunikazzjoni funzjonali tagħhom, jippromwovi l-iżvilupp konjittiv, jipprovdi bażi għall-iżvilupp tal-litteriżmu u jtejjeb il-komunikazzjoni soċjali.

Fil-każ ta’ tfal neqsin mid-dawl, apparat personalizzat bħal dan jipprovdi aċċess għall-informazzjoni u b’hekk jipprovdi opportunità aħjar għat-tagħlim u għall-iżvilupp ta’ ħiliet u talenti.

Tista’ tagħti donazzjoni billi ċċempel fuq:

51802019 – €25
51902071 – €50
BOV mobile – 79520040

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks