F’konferenza tal-aħbarijiet li saret ftit tal-ħin ilu mid-deputat Prim Ministru Chris Fearne u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci tħabbar li mis-7 ta’ Ġunju se jkunu jistgħu jerġgħu jinfetħu l-bars u l-każini, fost bidliet fil-miżuri oħrajn.

Mill-24 ta’ Mejju:

Ir-ristoranti u l-isnack bars jerġgħu jiftħu sa nofsillejl.

Jerġgħu jiftħu l-pixxini għall-pubbliku sat-20:00 (mingħajr attivitajiet).

Jerġgħu jinfetħu l-gyms u l-fitness centres (mingħajr klassijiet).

Jiftħu ċ-ċentri ta’ matul il-jum.

Ikompli t-taħriġ tal-contact sports għal persuni ta’ 17+.

Ikomplu l-kompetizzjonijiet tan-non contact sports, mingħajr spettaturi.

Mill-1 ta’ Ġunju:

Jistgħu jerġgħu jsiru t-tiġijiet b’ammont ta’ 100 persuna ġewwa u 300 persuna barra.

L-iskejjel tal-Ingliż jerġgħu jinfetħu.

Mis-7 ta’ Ġunju:

Jiżdied għal 6 n-numru ta’ persuni madwar mejda f’ristorant jew snack bar.

Jerġgħu jinfetħu ċ-ċinema u t-teatri.

Il-bars u l-każini jistgħu jiftħu sa nofsillejl bin-nies bilqiegħda.

L-istabbilimenti tal-gaming u tal-betting jerġgħu jinfetħu.

Ikomplu l-kompetizzjonijiet tal-contact u team sports għal persuni ta’ 17+, mingħajr spettaturi.

Permess grupp ta’ 6 persuni fil-pubbliku.

Mit-28 ta’ Ġunju:

Ikompli l-contact sports għal dawk li għandhom inqas minn 17.

Jistgħu jibdew jiftħu l-iskejjel tas-Sajf.

Madanakollu, huma saħqu li dan kollu jista’ jsir jekk in-numru ta’ każijiet attivi ma jerġax jibda jiżdied.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks