Il-kantant Aidan joħroġ verżjoni ġdida ta’ Naħseb Fik mal-kantanta Amber. Il-kanzunetta Naħseb Fik hija meqjusa bħala l-aktar kanzunetta popolari mal-Maltin bħalissa.

Il-verżjoni akustika ssegwi s-suċċess li ġabet magħha din il-kanzunetta li ma waqfitx tindaqq mindu nstemgħet għall-ewwel darba fuq il-palk ta’ Mużika Mużika. Minn dakinhar ġabet il-fuq minn 400,000 stream u għadha qed tiddomina fil-klassifiki tar-radjijiet.

Il-vidjow uffiċjali ta’ Naħseb Fik, bħalissa huwa l-aktar filmat segwit fuq YouTube.

Il-video tal-verżjoni akustika ġie miġbud fuq il-pont il-ġdid tal-Marsa minn Victor Abela u Aerial Malta fuq direzzjoni ta’ Joseph Cauchi. Il-verżjoni akustika indaqqet minn The Palace String Orchestra fuq arranġament ta’ Ryan Paul Abela u Elton Zarb.

Għall-ewwel darba, il-kantant Aidan irnexxielu jamalgama stil modern u kurrenti mal-lirika Maltija, b’ħoss ta’ produzzjoni internazzjonali.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks