Select Page

Wara li lbieraħ bdew l-ewwel provi tal-prestazzjonijiet ta’ bosta pajjiżi li se jipparteċipaw fil-Malta Eurovision Song Contest, inkluż ta’ Malta, qamet kontroversja partikolarment dwar il-libsa ta’ Destiny.

Huma ħafna li qed jesprimu l-opinjoni tagħhom fuq il-midja soċjali, uħud b’mod ftit jew wisq aħrax, dwar il-fatt li ma jaqblux mal-għażla tal-libsa u li dan se jkun fattur li jtellifna dak ċ-ċans li ħafna minna ilna nistennew, dik li xi darba nirbħu l-Eurovision!

B’reazzjoni għal dan, f’konferenza tal-aħbarijiet, Destiny qalet li hija kuntenta ħafna bil-libsa u tħossha kunfidenti. Żiedet tgħid ukoll li dan jirrappreżenta l-messaġġ tal-kanzunetta Je Me Casse, li huwa dwar l-empowerment tan-nisa.

Qalet ukoll li ukoll li filwaqt li temmen fiha nnifisha u tħossha li tidher tajba fuq il-palk, trid li n-nisa kollha jħossuhom tajjeb bid-dehra tagħhom u jemmnu li huma sbieħ kif inhuma.

Fuq il-midja soċjali tagħha, Destiny wasslet ukoll l-istess messaġġ filwaqt li żiedet li forsi d-daqs tagħha mhuwiex wieħed li s-soċjetà mdorrija bih, u li forsi l-libsa u d-dehra huma aktar importanti mill-wirja tal-artist, imma hija qiegħda hemm biex tagħmel xogħlha.

Ikkonkludiet billi qalet li din mhijiex gimmick, imma hija l-istorja reali ta’ ħajjitha.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks