Select Page

Għal darb’oħra, Peppi reġa’ wassal il-ħsibijiet tiegħu fuq il-kwistjoni tal-abort.

Permezz ta’ filmat li ttella’ fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Xarabank, Peppi tkellem dwar il-liġi li ġiet proposta ftit jiem ilu minn Marlene Farrugia dwar l-abort, fejn huwa qal li din il-liġi tippermetti li tagħmel abort matul id-9 xhur tat-tqala, u allura dan ifisser li anki sa siegħa qabel ma titwieled it-tarbija.

Qal ukoll li r-raġunijiet li qed jingħataw għal din il-liġi mhumiex validi biżżejjed. Għar-raġuni li n-nisa li jwettqu l-abort m’għandhomx imorru l-ħabs huwa wieġeb li filwaqt li l-pożizzjoni tiegħu tibqa’ dejjem li m’għandhiex tintbagħat il-ħabs, f’60 sena ma marritx mara waħda l-ħabs minħabba l-abort.

Żied jgħid li huwa qiegħed jiddefendi lill-persuni kollha, lin-nisa, inklużi l-20 miljun mara li kull sena ma jitħallewx jitwieldu.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks