F’konferenza tal-aħbarijiet li saret aktar kmieni llum mid-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne tħabbar li llum Malta laħqet il-herd immunity.
Huwa ħabbar ukoll li mill-1 ta’ Lulju li ġej, kull min hu mlaqqam biż-żewġ dożi se jkun jista’ joħroġ mingħajr maskra f’postijiet pubbliċi, iżda trid tibqa’ tintlibes fi ħwienet jew fi gruppi ta’ iktar minn żewġ persuni.
Tfal ta’ 12-il sena jew inqas se jistgħu wkoll joħorġu mingħajr maskra barra f’każ li l-ġenituri jew il-gwardjani tagħhom ikunu mlaqqma biż-żewġ dożi.
Ikkumenta
