Il-Jum Dinji tal-Ambent huwa osservat fil-5 ta’ Ġunju ta’ kull sena biex ifakkar lin-nies dwar l-importanza tan-natura. Il-ġurnata hija ċċelebrata madwar id-dinja biex tinforma lin-nies li n-natura m’għandhiex tittieħed for granted u trid tiġi rispettata għall-valuri tagħha.
Is-sena 1972 immarkat punt ta’ bidla fl-iżvilupp tal-politika ambjentali internazzjonali, bl-ewwel konferenza maġġuri dwar kwistjonijiet ambjentali magħrufa bħala l-Konferenza dwar l-Ambjent Uman, jew il-Konferenza ta’ Stokkolma. Aktar tard dik is-sena, fil-15 ta’ Diċembru, l-Assemblea Ġenerali adottat riżoluzzjoni li taħtar il-5 ta’ Ġunju bħala l-Jum Dinji tal-Ambjent u ħeġġet lill-Gvernijiet u l-organizzazzjonijiet fis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti biex jimpenjaw ruħhom dakinhar kull sena b’attivitajiet mad-dinja kollha li jaffermaw mill-ġdid it-tħassib tagħhom għall-preservazzjoni u t-tisħiħ tal-ambjent, bil-ħsieb li tissaħħaħ il-kuxjenza ambjentali.
Il-UNESCO għandha rekord importanti fl-avvanz tax-xjenzi ekoloġiċi permezz ta’ xogħol pijunier fuq l-ekosistemi, ir-riservi tal-bijosfera, il-valutazzjonijiet xjentifiċi u r-rendikont tal-politika biex jgħinu lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-ġestjoni tar-riżorsi naturali b’mod sostenibbli. Il-UNESCO timmobilizza l-għarfien u l-prattiki tal-komunitajiet lokali u l-popli indiġeni biex tappoġġja l-inklużjoni fit-teħid tad-deċiżjonijiet ambjentali.
Kull sena tingħata responsabbiltà lil pajjiżi biex jospita l-avveniment u jipprovdi pjattaforma biex jiddiskutu l-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli. Barra minn hekk, il-ġurnata hija ċċelebrata minn miljuni ta’ nies u organizzazzjonijiet madwar id-dinja biex jaqsmu l-esperjenzi, l-isfidi u s-soluzzjonijiet tagħhom.
It-tema tal-Jum Dinji tal-Ambjent ta’ din is-sena hija ‘Reimagine. Recreate. Restore.’ Hekk kif din is-sena timmarka l-bidu tad-deċennju tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ir-Restawr tal-Ekosistema. Il-Pakistan huwa l-ospitant globali għall-ġurnata biex jenfasizza l-importanza tar-restawr tal-ekosistema din is-sena.
X’inhi l-ekosistema?
L-ekosistema hija l-interazzjoni ta’ pjanti, annimali u organiżmi żgħar f’ċertu ambjent. It-tlieta jagħtu u jipprokreaw biex iżommu l-ekosistema ħajja.
Minħabba t-tisħin globali u t-tniġġis, ħafna ekosistemi qed ibatu.
B’bidliet fl-istil tal-ħajja ta’ kuljum tiegħek, tista’ tgħin biex tipproteġi l-pjaneta u l-ekosistemi tagħha.
Dan tista’ tagħmlu billi fost ħafna oħrajn:
- Tnaqqas, terġa’ tuża u tirriċikla. Naqqas milli tarmi.
- Tinvolvi ruħek fit-tindif tal-komunità tiegħek.
- Teduka. Meta teduka aktar lilek innifsek u tkun aktar konxju, tista’ tgħin lil ħaddieħor jifhem l-importanza u l-valur tar-riżorsi naturali tagħna.
- Tikkonserva l-ilma. Inqas ma taħli ilma, inqas ikun hemm drenaġġ u ħela ta’ ilna li eventwalment jispiċċaw fil-baħar.
- Tixtri bil-għaqal. Ixtri inqas plastik u ħu miegħek basket tax-xiri li jista’ jerġa’ jintuża.
- Tuża bozoz tad-dawl li jdumu fit-tul. Itfi wkoll is-swiċċ tad-dawl meta titlaq mill-kamra.
- Jekk possibbli, iżra siġra. Is-siġar jipprovdu ikel u ossiġnu. Huma jgħinu biex jiffrankaw l-enerġija, inaddfu l-arja, u jgħinu fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.
- Ma titfax kimiċi fil-passaġġi tal-ilma tagħna. Agħżel kimiċi li mhumiex tossiċi fid-dar u fl-uffiċċju.
- Tuża r-rota aktar, u tnaqqas is-sewqan.
