L-aħħar programm mis-sitt staġun ta’ The Entertainers se jlaqqa’ lill-finalisti żgħażagħ ta’ The Entertainers Singing Challenge fi dwetti ma’ diversi kantanti stabbiliti Maltin u Għawdxin. Flimkien se jinterpretaw bosta kanzunetti klassiċi Maltin li żgur se jqanqalu nostalġija fl-edizzjoni tas-Sibt li ġej ta’ “THE ENTERTAINERS”, il-varjetà televiżiva tas-Sibt filgħaxija, li tixxandar fuq Net Television fit-20.30.
Il-kantanti stabbiliti li kkonfermaw il-parteċipazzjoni f’dan il-programm speċjali huma dawn: Fabrizio Faniello, Christian Arding, Kaya, Mary Rose Mallia, Ludwig Galea, Nadine Fenech, Michela Galea, Christina Magrin, Ylenia Vella, Kurt Calleja, Jasmine Abela, Francesca Sciberras, Karen Debattista u Roger Tirazona.
Bi preżentazzjoni tal-kantant u xowman popolari Janvil, “The Entertainers” iwasslilkom sagħtejn u nofs ta’ spettaklu b’divertiment garantit flimkien mal-band residenti mmexxija minn Mark Spiteri Lucas u bosta artisti mistiedna. Fuq kollox ir-rebħ ta’ rigali kbar u mill-isbaħ.
Attrazzjonijiet oħra għal-lejla tinkludi wkoll Fashion Time flimkien ma’ Josette Sciberras b’pariri siewja dwar il-moda femminili.
