Nitkellmu mat-tiktoker Dieter Dalli
Dieter, għidilna ftit dwarek.. min hu Dieter Dalli?
Għandi 37 sena, mill-Belt Valletta. Il-karattru tiegħi ċajtier, inħobb ngħin ħafna u nħobb inferraħ in-nies u għal min ma jafnix jien akkanit kbir tal-Valletta FC.

Meta u kif iddeċidejt li ssir tiktoker?
Meta bdiet il-pandemija tal-covid-19 hawn Malta eżattament fi Frar tal-2020 għax kelli ħafna ħin liberu u xtaqt nesprimi lili nnifsi permezz ta’ Tiktok.
Kif toħloq il-kontenut għas-segwaċi tiegħek?
Ġieli naħseb naqra fuq xi vidjow speċjali però normalment li jiġini f’moħħi dak il-ħin jew nieħu xi ideat minn ħaddieħor.
Liema kien il-vidjow li bidel kollox għalik?
F’Ġunju tal-2020 mort viral, kien Jum il-Missier u kont għamilt vidjow ma’ binti Jael Dalli u kienu rawh 3.3M u minn dakinhar dejjem baqgħu jiżdiedu s-segwaċi.
Tikkunsidra lilek innifsek bħala influencer?
Jien ma narax lili nnifsi bħala influencer però għal ħafna u ħafna nies iva…jibagħtuli ħafna messaġġi u kummenti li jien l-aqwa influencer għalihom.
Kif tirreaġixxi għall-kummenti negattivi?
Jien meta jibgħatu kummenti negattivi fuqi delete u block.. Però ġieli weġġgħuni b’ħija u binti bi kliem mhux xieraq u ġieli żgarrajt u ġieli ma kkalkulajthomx.
X’jagħmel TikTok differenti minn mezzi oħra tal-midja soċjali?
Joffri aktar opportunitajiet u kreattività. Pereżempju nieħu minni ħareġ il-karattru tiegħi bis-saħħa ta’ Tiktok.
Kif affettwak il-fatt li sirt popolari mal-pubbliku?
Bħala ħajja għalija baqgħet l-istess però nkun onest, nieħu pjacir ħafna meta noħroġ barra u ċerti nies iħarsu lejha bħala xi ħadd speċjali. Napprezza li n-nies jammiraw dak li nagħmel.

X’inhu l-akbar vantaġġ li tkun influencer fuq TikTok?
Li tkun naqra magħruf hija sabiħa ħafna, dak hu vantaġġ, u anki l-fatt li tiltaqa’ ma’ ħafna nies.
Għandek ‘il fuq minn 35k segwaċi, xi jfisser għalik dan?
Ifisser ħafna għalija u nħossni kburi b’li qiegħed nagħmel. Issa lħaqt ukoll il-46K followers ..B’hekk ikkonfermajt li b’dak kollu li qiegħed nagħmel miexi fit-triq it-tajba.
X’sodisfazzjon jagħtik dak li tagħmel?
Inħossni kuntent ħafna anke għall-fatt li l-messenger u l-inbox ta’ tiktok ikunu dejjem mimlijin b’messaġġi pożittivi u jibgħatuli ħafna biex niltaqa’ magħhom. Dan kollu jnissilli tbissima fuq wiċċi.
Liema kienu l-isbaħ mumenti li kellek s’issa?
Meta tifla ta’ 9 snin u tfajla bi bżonnijiet speċjali ġew ibbuljati u jien tkellimt u wrejt li dawn l-affarijiet iridu jieqfu, u ftit wara mort nagħmlilhom sorpriża wkoll. U ovvjament kull darba li mmur viral b’xi vidjow li nagħmel, li s’issa mort tmien darbiet viral mad-dinja.
Persuna li ħafna drabi tisraqlek l-attenzjoni huwa ħuk. Ġieli kellek tiffaċċja mentalità żbaljata dwar dan?
Iva vera, ħija Bjorn seraq ħafna qlub ta’ nies Maltin u anke dawk barranin. Sfortunatament iva, ġieli iffaċċjajt ċerti kliem li jweġġa’ wkoll però jien dawn il-kummenti ma tantx nagħti kashom għax għandi karattru sod.

X’inhu t-target li jmiss għalik? Kif tixtieq tkompli tevolvi u sa fejn tixtieq tasal?
Bħala target tiegħi nħossni li lħaqtu, issa li jiġi merħba bih..però jien l-għan tiegħi kien li niġbed is-simpatija tal-Maltin lejha, li bla dubju nħoss li rnexxieli grazzi għall-karattru tiegħi.

Direttriċi u Editriċi