Għandek bżonn – għal żewġ porzjonijiet:

Żewġ slajsis kbar ħobż

Żewġ imgħaref ġobon mozzarella maħkuk

6 slajsis ħoxnin tadam

6 slajsis ħoxnin faqqiegħ

4 slajsis ħoxnin brunġiel

4 slajsis bejken

Għall-froġa:

4 bajdiet

Żewġ imgħaref ħalib tal-bott

Żewġ imgħaref ġobon tal-għażla tiegħek, maħkuk

Niskata melħ u bżar

Niskata kari mild

Mgħarfa tursin frisk imqatta’

Metodu:

  • Saħħan il forn.
  • Iksi pjanċa tal-forn b’cartaforno.
  • Poġġi il-ħobż fuq il cartaforno, ferrex mgħarfa mozzarella fuq kull slajs u daħħalhom fil-forn sħun għal 5 minuti.
  • Oħroġhom mill-forn u warrab il-ħobż fuq platt.
  • Issa rranġa l-islajsis tat-tadam, l-islajsis tal-faqqiegħ, l-islajsis tal-brunġiel u l-bejken fuq l-istess cartaforno.
  • Sajjarhom f’forn sħun għal 5 minuti.
  • Sadanittant lesti l-froġa billi tħallat l-ingredjenti kollha sew fi skutella. Aktar ma tħabbatha sew, aktar tiġik froġa ‘fluffy’.
  • Aqli l-froġa miż-żewġ naħat f’taġen kbir non stick. (Jekk tixtieq tista’ ssaħħan mgħarfa butir fit-taġen qabel ma titfa’ t-taħlita tal-bajd.
  • Kif il-froġa tkun lesta, neħħiha minn fuq in-nar.
  • Poġġi l-ħobż fuq pjanċa jew cartaforno nadifa.
  • Irranġa t-tadam, il-faqqiegħ u l-brunġiel fuq il-ħobż.
  • Aqsam il-froġa bejn iż-żewġ slajsis ħobż.
  • Poġġi l-biċċiet tal-bejken fil-wiċċ u erġa’ daħħalhom fil-forn għal 2 jew 3 minuti biex jerġa’ jisħon kollox.

L-ikla t-tajba!

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks