Fi żmien antik, meta bniedem kien isum (ma jikolx għal żmien twil), dan kien jiġi kkunsidrat bħala xi ħaġa pożittiva. Dan għaliex is-sawma kienet magħrufa bħala mod ta’ kif wiehed jista’ jiddixxiplina lilu nnifsu bħala individwu u ta’ kif wieħed kien jiddixxiplina lilu nnifsu mit-tentazzjonijiet sesswali.
‘Eating disorder’ huwa terminu mediku assoċjat ma’ meta persuna tiekol iżżejjed jew ma tiekol kważi xejn. Sfortunatament, il-kelma ‘eating disorder’ saret popolari fil-kultura tagħna. Skont l-American Journal of Clinical Nutrition f’2019, il-prevelanza għal eating disorders żdiedet iktar minn doppju minn l-2000 sal-2018 b’mod globali, għaliex minn 3.4% l-ammont ta’ persuni żdied għal 7.8%.
Eżempji ta’ diżordni relatati mal-ikel huma anorexia nervosa, bulimia nervosa u binge eating (DSM5). Kollha kemm huma għandhom effett negattiv fuq il-persuna fiżikament u kif ukoll psikoloġikament. Skont l-istatisiċi fl-2012 Maltin, kważi 5% min-nisa li jgħixu Malta bejn l-etajiet ta’ 16 u 50 sena jsofru minn diżordnijiet relatati mal-ikel. Hija aktar komuni li n-nisa jkollhom diżordnijiet relatati mal-ikel milli l-irġiel, għax hemm aktar rapporti ġejjin min-nisa milli l-irġiel dwar dan. Hemm diversi studji li juru li n-numru sostanzjali ta’ nies li jbatu minn eating disorders kellhom xi esperjenzi mill-passat bl-involviment t’abbuż, trawma sesswali, jew jkollhom body image negattiv fuqhom innifishom (low self-esteem).
Kundizzjoni li taffettwa l-mod ta’ kif wieħed iħares lejn ġismu b’mod negattiv tisejjaħ ‘body dysmorphic disorder’. Din id-diżordni taffettwa lil ħafna nies, u kapaċi tiżviluppa f’mard aktar serju fosthom anorexia nervosa, bulimia nervosa u binge eating.
Il-midja huwa settur ieħor li jaffettwa s-sesswalità u l-perċezzjonijiet dwar il-ġisem. Il-funzjonijiet sesswali u s-satissfodazzjoni sesswali tista’ tiġi affettwata fuq kif in-nies iħarsu lejhom nfushom b’mod sesswali, speċjalment il-mod ta’ kif jaraw il-partijiet privati tagħhom. Dan ukoll huwa tip ta’ kif wieħed jista’ jħares lejh nnifsu.
Fl-università ta’ North Carolina fl-Istati Uniti , f’2010 seħħet riċerka dwar kif nisa li għandhom anorexia nervosa u bulimia nervosa u kif din taffetwahom sesswalment. Din ir-riċerka tgħid li diżordnijiet relatati mal-ikel jagħmlu impatt negattiv fuq il-performazzjoni sesswali. Minħabba li hemm aktar nisa li jbatu minn eating disorders, ir-riċerka hija bbażata fuq in-nisa. Din ir-riċerka wriet li n-nisa li jbatu minn anorexia nervosa għandhom ċans iżgħar li jibdew relazzjonijiet sesswali. L-agħar raġuni hija li jinkwetaw fuq is-sexual appeal li għandhom u kif jidhru quddiem il-partner tagħhom. Skont din ir-riċerka, il-maġġoranza tan-nisa li jbatu minn anorexia nervosa m’humiex interessati f’attivatijiet sesswali daqs mara li ma tbatiex minn anorexia nervosa.
Fl-istess riċerka sabu wkoll kif nisa li jbatu minn bulimia nervosa huma kemxejn aktar attivi sesswalment, u anki jibdew attivitajiet sesswali minn etajiet iżgħar ikkumparati ma’ min m’għandux diżordni relatata mal-ikel. Dawn iż-żewġ gruppi ta’ nisa b’diżordnijiet relatati mal-ikel juru żieda f’disfunzjonijiet sesswali u inqas sodisfazzjon sesswali minn nies li ma jbatux minn dan.
F’università tal-mediċina fi Florenza fl-Italija, seħħ studju dwar binge eating (BED) u l-obeżità u differenzi dwar kif jiffunzjunaw b’mod sesswali. Dan l-istudju sar fuq min ibati minn l-obeżità u binge eating fl-istess ħin, u min ibati mill-obeżità mingħajr binge eating. Għamluh dwar 107 persuna li jbatu minn BED u 110 li jbatu mill-obeżità, flimkien ma’ grupp ta’ 92 persuna b’piż tipiku. Skont din ir-riċerka, min kellu BED u min kellu l-obeżità, esperjenza diffikultajiet sesswali, però min kellu BED kellu aktar diffikultajiet b’mod sesswalment milli min għandu obeżita mingħajr BED.
B’hekk naraw kif l-eating disorders jaffettwaw kollox fil-ħajja tal-persuna. Jekk inti tbati minn diżordni relatata mal-ikel, jew għandkom lil xi ħadd li tgħożżu jbati minn eating disorder, ftakru li m’intomx waħedkom f’din is-sitwazzjoni. It-tim tal-Willingness huwa tim multidixxiplinarju fejn tistgħu ssibu għajnuna. Tibżgħux tfittxu l-għajnuna.

Tim multidixxiplinarju li jipprovdi kura għas-Saħħa Sesswali