Fuq il-midja soċjali tiegħu, il-Prof. Andrew Azzopardi qasam il-ħsibijiet tiegħu dwar suġġett li ilu snin jaffettwa b’mod negattiv aktar milli pożittiv, lil eluf ta’ tfal u l-familjari tagħhom; l-eżamijiet.

Il-Prof. Andrew Azzopardi qal li għalkemm ilna snin ngħidu li l-eżamijiet fl-iskejjel primarji u sekondarji m’għadux posthom, li l-edukazzjoni għandha tiġi assessjata fuq temp ta’ żmien u mhux fuq karta ta’ siegħa, li fl-età bikrija tal-edukazzjoni l-pressjoni tal-eżami toħroġ l-agħar u mhux l-aħjar ħafna mid-drabi, u li kemm-il darba ntqal li s-sistema ħa tinbidel u titjieb, is-sitwazzjoni għadha l-istess b’konsegwenza li qed toħloq ħafna stress u biża’ fost it-tfal u l-ġenituri.

L-ammont ta’ kummenti ta’ persuni li rreaġixxew għal dak li qal il-Prof. Azzopardi huwa prova ta’ dan. Bosta kummenti ġejjin minn persuni li għaddejjin mill-esperjenza huma stess flimkien mat-tfal tagħhom.

Int x’taħseb dwar dan? Għidilna l-opinjoni tiegħek..

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks