Il-kantawtur u produttur Matthew James kien wieħed mill-aktar artisti attivi matul il-pandemija.
Wara t-tnedijiet ta’ bosta kanzunetti u kollaborazzjonijiet, kif ukoll ipproduċa bosta artisti lokali, Matthew James qatta’ l-maġġoranza tal-2020 u l-2021 fl-ewwel post fi klassifiċi mużikali lokali.
Wara s-suċċess kbir li kiseb flimkien ma’ Ira Losco bil-kanzunetta Tbissem, illum, proprju f’jum għeluq sninu, Matthew James nieda kanzunetta ġdida oħra bl-isem ta’ Round and Round.
Din il-kanzunetta, miktuba minnu stess, tesplora stil ieħor mużikali ta’ Matthew James. Din il-kanzunetta qed tippreżenta lis-semmiegħa l-għażla li jaħsbu dwar deċiżjonijiet li jridu jittieħdu fil-ħajja, u mhux sempliċiment isegwu.
Ikkumenta
