Select Page

Filwaqt li fetħu l-applikazzjonijiet għat-tielet edizzjoni ta’ X Factor Malta, jidher li r-rappreżentazzjoni ta’ Malta fil-Eurovision Song Contest 2022 mhix se tintgħażel minn X Factor Malta, iżda minn festival li se jkun imtella’ proprju għalhekk.

Indika dan iċ-chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef fuq il-midja soċjali tiegħu fejn faħħar id-deċiżjoni tat-tmexxija l-ġdida tal-PBS, li l-għażla tar-rappreżentazzjoni ta’ Malta fl-edizzjoni li jmiss tal-Eurovision, se tkun permezz ta’ festival imtella’ apposta u mhux minn X Factor Malta.

Huwa żied jgħid li jinsab konvint li din l-aħbar se tintlaqa’ b’sodisfazzjon kbir mill-kantanti, awturi, u kompożituri.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks