Waqt waħda mill-avventuri li Angelo Caruana, Pierre Farrugia u Vince Bonello Pukka għamlu dan l-aħħar, kellhom mistiedna speċjali magħhom, ħadd ħlief Stephanie Spiteri, il-preżentatriċi maħbuba u popolari ferm fuq TVM mill-programm Illum ma’ Steph.

Ritratt: Vince Bonello Pukka

Għal darb’oħra, qasmu magħna l-esperjenza tagħhom f’din l-avventura.

Dawn erħewla lejn il-Wied tal-Isperanza fejn għalkemm kienet ġurnata sħuna u pjuttost xotta, skoprew li dan il-wied għadu attiv fejn raw diversi friefet, tadpoles kif ukoll żrinġijiet, u sabu wkoll għar ċkejken. Dan il-wied jinsab bejn żewġ kappelli, dik tal-Isperanza bil-leġġenda marbuta magħha li tgħid li tfajla kienet se tinħataf mit-Torok kif ukoll il-Kappella iddedikata lil San Pawl Appostlu tal-Qliegħa.

Ritratt: Vince Bonello Pukka

Ma naqasx ukoll li jinġabar xi skart li n-nies ħalliet warajha!

Avventura interessanti oħra minn diversi li dawn it-tlieta qed jagħmlu madwar Malta.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks