Laurel Hubbard minn New Zealand saret l-ewwel atleta transġeneru li qatt kien hemm fl-Olimpjadi.

Ġiet magħżula għat-tim tan-nisa tal-weightlifting għal Tokyo 2020, wara li reċentement ġew modifikati r-rekwiżiti tal-kwalifikazzjoni.

Hija kienet ikkompetiet f’avvenimenti tal-irġiel qabel ma ħarġet bħala transġeneru fl-2013.

Din id-deċiżjoni qajmet kontroversja, għaliex ħafna kritiċi qed jgħidu li Hubbard se jkollha vantaġġ inġust, iżda oħrajn jargumentaw li għandu jkun hemm aktar inklużjoni fil-logħob.

Hubbard se tikkompeti fil-kategorija tan-nisa tas-87 kg ta’ weightlifting.

L-atleta saret eliġibbli biex tikkompeti fl-Olimpjadi meta l-Kumitat Olimpiku Internazzjonali fl-2015 biddel ir-regoli tiegħu li jippermettu lill-atleti transġeneri jikkompetu bħala mara jekk il-livelli tat-testerone tagħhom ikunu taħt ċertu limitu.

It-testerone huwa ormon li jżid il-massa tal-muskoli.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks