Select Page

Fi stqarrija, il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar li minn nhar it-tnejn li ġej, ir-ristoranti, il-bars, il-każini u l-isnack bata li għandhom permess fil-liċenzja tal-istabbiliment, jistgħu jibqgħu miftuħin sas-2:00 ta’ filgħodu.

Ħabbar ukoll li minn nhar it-tnejn li ġej il-contact sport tat-tfal ta’ taħt is-17-il sena, kif ukoll il-klassijiet tal-fitness jistgħu jerġgħu jibdew.

Il-mezzi ta’ trasport tal-baħar se jitħallew joperaw b’65% tal-ammont tal-passiġġiera li normalment itellgħu. Il-waterparks se jerġgħu jinfetħu wkoll.

Minn nhar it-Tnejn ukoll, se jiżdiedu l-ħinijiet tad-dħul fis-swali ewlenin ta’ Mater Dei. Wieħed se jkun jista’ jżur lill-pazjenti mill-11:30 sas-13:00 u mit-15:00 sat-20:00.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks