Kemm-il darba smajna b’Maltin li jmorru Sqallija u jżuru l-Etna. Però li wieħed imur Sqallija u jidħol ġo għar maħluq mil-lava mhux ħobż għal snien kulħadd!

L-avventuruż Conrad Neil Gatt, li issa magħruf sew għall-esplorazzjonijiet tiegħu ġewwa xtutna, issa li fetħu l-borduri, erħielha għall-gżira ġara tagħna fejn, flimkien ma’ gwida lokali, daħlu jesploraw għar twil iktar minn kilometru ġewwa l-Etna.


Mgħammra b’apparat ta’ sikurezza professjonali, u attrezzati b’kollox, Conrad jeħodna miegħu u jaqsam magħna dak kollu li ltaqa’ miegħu fl-għar u din l-esperjenza indimentikabbli ġewwa l-Etna, kif ukoll b’veduti mill-għoli permezz ta’ drone.


F’inqas minn 20 minuta, Conrad jaqsam magħna esperjenza ta’ madwar 4 sigħat, fejn jurina wkoll l-isbuħija tal-pajsaġġi u l-ikel Sqalli.

Permezz ta’ dan il-Vlog, Conrad qed jiċċelebra l-100 Vlog mill-kollezzjoni ta’ CNG Trekventures, issa ‘Beyond Borders’!

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks