Il-kantanti popolari Fabrizio u oħtu Claudia Faniello ingħaqdu flimkien biex iwasslulna verżjoni ġdida tal-kanzunetta li baqgħet maħbuba u popolari sal-lum il-ġurnata, Another Summer Night.

20 sena ilu, Fabrizio Faniello rrapreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest b’din il-kanzunetta ġewwa Copenhagen, id-Danimarka.

Illum, 20 sena wara, flimkien ma’ oħtu Claudia, li wkoll irrapreżentat lil pajjiżna fil-Eurovision Song Contest fl-2017, bil-kanzunetta Breathlessly, qed jippreżentawlna din il-verżjoni li żgur se tinżel tajjeb u tqanqlilna xi ftit nostalġija!

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks