Select Page

F’dawn l-aħħar sigħat, bosta artisti Maltin esprimew ir-rabja tagħhom dwar ritratti u filmati li qed jiċċirkolaw fuq il-midja soċjali fejn juru mijiet ta’ sapporters Ħamruniżi jiċċelebraw mingħajr l-ebda distanza soċjali.

Kelliema tal-MEIA flimkien ma’ bosta artisti Maltin qalu li filwaqt li jifirħu lill-Ħamrun FC tal-kisba tagħhom, u mhumiex kontra ċelebrazzjonijiet, iħossu li din hija prova ċara li l-industrija tal-arti qed tibqa’ tiġi diskriminata. Dan anke wara li jumejn biss qabel dawn iċ-ċelebrazzjonijiet, li skont huma saru bil-barka tal-awtoritajiet, ma tħallewx jagħmlu dimostrazzjoni paċifika u kkontrollata.

Minbarra hekk, uħud minnhom qiegħdin jiddikkjaraw li għada filgħodu fl-10:30 se jkunu l-Belt Valletta quddiem il-parlament bi plakka li tgħid, “Daqshekk diskriminazzjoni għall-arti u d-divertiment”. Qed isostnu wkoll li dan huwa dritt, skont il-kostituzzjoni li jagħmlu dan bla permess.

Il-President tal-MEIA, Howard Keith Debono qal ukoll li fassal pjan bi tliet azzjonijiet distinti li se jittieħdu wara li ntwera biċ-ċar li s-setturi tal-arti u d-divertiment ġew diskriminati għal darba, tnejn, tlieta.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks