Select Page

Tħabbret il-mewt tal-kantanta, żeffiena, attriċi u preżentatriċi Taljana Raffaella Carrà, fl-età ta’ 78 sena.

Mewtha ġiet imħabbra mis-sieħeb tagħha Sergio Japino. “Raffaella ħallietna. Marret f’dinja aħjar, fejn l-umanità tagħha, id-daħka inkonfondibbli tagħha u t-talent straordinarju tagħha se jiddu għal dejjem.” Huwa qal ukoll li kienet ilha tiġġieled marda, iżda ddeċidiet li ma tagħmiliex pubblika.

Imwielda f’Bolonja fl-1943, Carrà gawdiet karriera ta’ suċċess fl-industrija tal-ispettaklu, irreċtat f’diversi films u kisbet fama bħala kantanta, żeffiena u anki preżentatriċi ta’ programmi televiżivi popolari.

Kisbet ukoll suċċess b’diski bil-lingwa Spanjola, li għamluha stilla wkoll fi Spanja u l-Amerika t’Isfel.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks