Min kienet Frida Kahlo?
L-artista Frida Kahlo kienet ikkunsidrata bħala waħda mill-ikbar artisti tal-Messiku li bdew ipinġu l-aktar self-portraits wara li weġġgħet b’mod gravi f’inċident ta’ karozza tal-linja. Kahlo aktar tard saret politikament attiva u żżewġet lill-artist komunist Diego Riviera fl-1929. Hija esibiet il-pitturi tagħha f’Pariġi u l-Messiku qabel ma mietet fl-1954.

Kahlo (Magdalena Carmen Frieda Kahlo y Calderón) twieldet fis-6 ta’ Lulju tal-1907 f’Coyoacán, Mexico City, il-Messiku.
Meta kellha madwar 6 snin, Kahlo mardet bil-poljo, b’konsegwenza li għamlet 9 xhur bedridden. Waqt li kienet qed tirkupra mill-marda, kienet izzappap meta timxi minħabba li l-marda kienet għamlet ħsara lil saqajha l-leminija. Missierha ħeġġiġha biex tilgħab il-futbol, tmur tgħum u anki tagħmel wrestling, attivitajiet li ma kinux tas-soltu għal tifla dak iż-żmien, biex tgħin fl-irkupru tagħha.
Fl-1922, Kahlo rreġistrat fl-iskola rinomata National Preparatory. Kienet waħda mill-ftit studenti nisa li attendew l-iskola, u saret magħrufa għall-ispirtu ġuvjali tagħha u l-imħabba tagħha għal ħwejjeġ u ġojjelli tradizzjonali kkuluriti.
Fl-iskola, Kahlo kienet tagħmilha ma’ grupp ta’ studenti li jaħsbuha l-istess politikament u intellettwalment, u billi saret aktar attiva politikament, Kahlo ingħaqdet mal-Young Communist League u l-partit Komunista Messikan.
Fis-17 ta’ Settembru tal-1925, Kahlo u Alejandro Gómez Arias, ħabib li tal-iskola li miegħu kienet involuta b’mod romantiku, kienu qed jivvjaġġaw flimkien fuq karozza tal-linja meta l-vettura ħabtet ma’ streetcar. Konsegwentament hija sofriet bosta ġrieħi serji, inklużi ksur fis-sinsla u fil-pelvi.
Wara li għamlet diversi ġimgħat fl-isptar Red Cross, Kahlo irritornat id-dar biex tkompli l-irkupru tagħha hemm. Waqt dan, hija bdiet tpinġi u lestiet l-ewwel self-portrait tagħha s-sena ta’ wara, li tat lil Gómez Arias.
Fl-1929, Kahlo u l-famuż muralista Messikan Diego Rivera żżewġu. Kahlo u Rivera ltaqgħu għall-ewwel darba fl-1922 meta mar jaħdem proġett fl-iskola sekondarja tagħha. Kahlo spiss kienet issegwih waqt li Rivera ħoloq murali msejjaħ The Creation fis-sala tal-lekċers tal-iskola.

Kahlo reġgħet għamlet kuntatt ma’ Rivera fl-1928. Huwa kien jinteressa ruħu fix-xogħol artistiku tagħha, u t-tnejn bdew relazzjoni. Matul is-snin bikrin tagħhom flimkien, Kahlo spiss kienet tmur ma’ Rivera skont fejn kienu jkunu l-kummissjonijiet li kien jirċievi. Fl-1930, kienu jgħixu f’San Francisco, Kalifornja, imbagħad marru New York City għall-wirja ta’ Rivera fil-mużew tal-Arti Moderna u wara marru Detroit għall-kummissjoni ta’ Rivera mad-Detroit Institute of Arts.
Iż-żmien ta’ Kahlo u Rivera fi New York City fl-1933 kien imdawwar b’kontroversja. Ikkummissjonat minn Nelson Rockefeller, Rivera ħoloq murali bl-isem ta’ Man at the Crossroads fil-bini tar-RCA fir-Rockefeller Center. Rockefeller waqqaf ix-xogħol fuq il-proġett wara li Rivera inkluda portrait tal-mexxej komunista Vladimir Lenin fil-murali, li wara ġie miżbugħ biex jitgħatta. Xhur wara dan l-inċident, il-koppja marru lura l-Messiku u marru jgħixu f’San Angel.
Ir-relazzjoni tagħhom ma kinitx waħda tradizzjonali, Kahlo u Rivera kienu joqgħodu separati imma bid-djar u studjows jinfdu ma’ xulxin. Hija kienet tkun imnikkta bil-ħafna infedeltajiet tiegħu, inkluża relazzjoni ma’ oħtha Cristina. B’reazzjoni għal dan it-tradiment familjari, Kahlo qatgħet ħafna mix-xagħar twil u skur tagħha li kien it-trejdmark tagħha. Hija kienet tixtieq ħafna li jkollha tarbija, iżda reġgħet esperjenzat qtigħ il-qalb meta korriet fl-1934.
Kahlo u Rivera għaddew minn perjodi ta’ separazzjoni, iżda ingħaqdu flimkien biex jgħinu lill-komunista Sovjetiku eżiljat Leon Trotsky u martu Natalia fl-1937. Huma ġew joqgħodu magħhom fil-bliet House (id-dar tat-tfulija ta’ Kahlo) għal xi żmien fl-1937. Ladarba kien Rivali tal-mexxej Sovjetiku Joseph Stalin, Trotsky beża’ li se jiġi maqtul min-nemesi tal-passat tiegħu. Allegatament Kahlo u Trotsky kellhom relazzjoni qasira matul dan iż-żmien.

Filwaqt li qatt ma qieset lilha nnifisha bħala surrealista, Kahlo saret ħabiba ma’ wieħed mill-figuri primarji f’dak il-moviment artistiku u letterarju, Andre Breton, fl-1938. Dik l-istess sena, hija kellha esebizzjoni maġġuri f’gallerija ta’ New York City, u biegħet madwar nofs il-25 pittura li kien hemm. Kahlo rċeviet ukoll żewġ kummissjonijiet, inkluż wieħed mill-edituri tal-magażin famuż Clare Boothe Luce, bħala riżultat tal-wirja.
Fl-1939, Kahlo marret toqgħod Pariġi għal xi żmien. Hemm hi esibiet ftit mill-pitturi tagħha u żviluppat ħbiberiji ma’ artisti bħal Marcel Duchamp u Pablo Picasso.
Kahlo rċeviet kummissjoni mill-gvern Messikan għal ħames portraits ta’ nisa Messikani importanti fl-1941, iżda ma setgħetx tispiċċa l-proġett. Hija tilfet lil missierha dik is-sena u kompliet Is-Sigriet problemi ta’ saħħa kroniċi. Minkejja l-isfidi personali, ix-xogħol tagħha kompla jikber fil-popolarità u kien inkluż f’bosta wirjiet madwar dan iż-żmien.
Fl-1953, Kahlo kellha l-ewwel esebizzjoni personali tagħha fil-Messiku. Minkejja li dak iż-żmien kienet bedridden, ma naqsitx milli tattendi l-ftuħ tal-esebizzjoni. Meta waslet bl-ambulanza, Kahlo qattgħet il-lejla titkellem u tiċċelebra ma’ dawk li attendew l-avveniment mill-kumdità ta’ sodda li ġiet magħmula apposta għaliha.

Wara l-mewt ta’ Kahlo, il-moviment femminista tas-sebgħinijiet qajjem aktar interess fil-ħajja u x-xogħol tagħha, billi Kahlo kienet meqjusa minn ħafna bħala ikona tal-kreattività femminili.
Ħafna mix-xogħlijiet ta’ Kahlo kienu self-portraits. Ftit mill-aktar pitturi notevoli tagħha jinkludu: Frieda and Diego Rivera (1931), Henry Ford Hospital (1932), The Suicide of Dorothy Hale (1939), The Two Fridas (1939), The Broken Column (1944).

Madwar ġimgħa wara għeluq is-47 sena tagħha, Kahlo mietet fit-13 ta’ Lulju tal-1954, fil-Blue House. Kien hemm xi spekulazzjoni rigward in-natura tal-mewt tagħha. Ġie rrappurtat li kien ikkawżat minn emboliżmu pulmonari, iżda kien hemm stejjer dwar possibilità ta’ suwiċidju.
L-istat ta’ saħħa ta’ Kahlo mar għall-agħar fl-1950. Wara li ġiet iddijanjostikata bil-gangrena fis-sieq tal-lemin tagħha, Kahlo qattgħet 9 xhur l-isptar u kellha diversi operazzjonijiet matul dan iż-żmien. Hija kompliet tpitter u tappoġġja kawżi politiċi minkejja li kellha mobilità limitata. Fl-1953, parti mir-riġel tal-lemin ta’ Kahlo ġiet amputata biex jitwaqqaf it-tixrid tal-gangrena.
Hija reġgħet iddaħħlet l-isptar f’April tal-1954 minħabba li saħħitha marret għall-agħar, jew, kif indikaw xi rapporti, attentat ta’ suwiċidju. Hija rritornat xahrejn wara bi pnewmonja. Minkejja l-kundizzjoni fiżika tagħha, Kahlo ma ħallietx dan ifixkel l-attiviżmu politiku tagħha.
Il-ħajja ta’ Kahlo kienet is-suġġett ta’ film li ħareġ fl-2002 bl-isem ta’ Frida, bl-atturi ewlenin, Salma Hayek bħala l-artista u Alfred Molina bħala Rivera. Dirett minn Julie Taymor, il-film ġie rinomat għal sitt Academy Awards u rebaħ għal Best Makeup u Original Score.
Id-dar tal-familja fejn twieldet u kibret Kahlo, aktar tard imsejħa bħala l-Blue House jew Casa Azul, infetħet bħala mużew fl-1958. Jinsab f’Coyoacán, Mexico City, il-Museo Frida Kahlo fih artifatt mill-artista flimkien ma’ xogħlijiet importanti, fosthom Frida and Caesarean (1931), Portrait of my father Wihelm Kahlo (1952) u Viva la Vida (1954).

Il-ktieb ta’ Hayden Herrera tal-1983 dwar Kahlo, Frida: A Biography of Frida Kahlo, għen biex iqajjem interess fl-artista. Ix-xogħol bijografiku jkopri t-tfulija, l-inċident, il-karriera artistika tagħha, iż-żwieġ ma’ Diego Rivera, l-assoċjazzjoni tagħha mal-partit Komunista u r-relazzjonijiet tal-imħabba.
