Kemm hu sabiħ meta tagħmel ġest sabiħ lil xi ħadd…
🎁😻 L-isfida ta’ din il-ġimgħa se tkun li niddedikaw ħin biex nagħmlu xi ħaġa sabiħa għal xi ħadd, preferibbilment b’mod anonimu.
💓 Li nħobb dwar din l-isfida huwa li tagħmel lil kulħadd iħossu aħjar … u din hija wkoll approvata mix-xjenza.
🦘L-ewwelnett, żgur li tagħmel differenza pożittiva fil-burdata tiegħek.
🕊 Imbagħad, tagħmel ukoll differenza pożittiva lil min jirċievi l-ġest!
💁♂ U fl-aħħar, it-tnejn iġġorru dawk is-sentimenti sbieħ matul il-ġurnata, li jistgħu jiġu trasmessa lin-nies ta’ madwarkom. Hija xi ħaġa inkredibbli!
Dawn huma ftit minn dak li jiġri ġewwa ġismek meta tagħti mingħajr ma tistenna xejn lura:
🧡 Issir differenza fl-ormoni tiegħek. Mhux biss ikollok spinta fl-ossitoċina, l-ormon tal-“imħabba”, iżda wkoll endorfini żejda, li jagħtuk enerġija u jgħinu biex inaqqsu l-uġigħ.
💛 Il-pressjoni tad-demm tiegħek tista’ tonqos minħabba li l-livelli ta’ kortisol (stress-hormone) jistgħu jitbaxxew.
💚 Tista’ tnaqqas l-ansjetà minħabba l-ispinta li tkun qed tagħti fis-serotonin (ormon li jġegħlek jħossok tajjeb).
Trid xi ftit ideat???
🚑 Ħallas għall-ikla (jew parti minnha) lil xi ħadd li ltqajt miegħu għand tal-grocer.
📩 Ikteb karta jew ittra ta’ ringrazzjament, u ibgħatha bil-posta.
👩🍳 Sajjar xi ikla sustanzjuża għal xi ħadd.
🚗 Ħallas għall-parkeġġ ta’ xi ħadd.
⤵️⤵️⤵️ Int se tingħaqad magħna? Għidilna fil-kummenti!

Kowċ tal-Fitness
Xjentist tal-Eżerċizzju u l-Isport