Select Page

Aktar kmieni dalgħodu, Moira Delia tellgħet filmat fuq il-midja soċjali tagħha fejn tkellmet dwar il-kwistjoni ta’ annimali jitħallew iżolati u maqfulin barra ġranet sħaħ fix-xemx u fis-sħana.

Hija qalet li ma tistax tifhem kif xi ħadd iżomm l-annimali, kull tip ta’ annimal inklużi ż-żwiemel u annimali tal-irziezet, imma partikolarment il-klieb, f’kundizzjonijiet bħal dawn.

“Għandkom il-gazz, għandkom il-qalb tħalluhom hemm?!” qalet Moira filwaqt li kompliet tgħid li jafu b’ħafna każijiet ta’ dawn it-tip u se jkomplu jirrapurtawhom u jibgħatulhom il-pulizija. Appellat ukoll lill-Ministru Anton Refalo kif ukoll lil Kummissarju għat-trattament xieraq tal-annimali biex tinbidel il-liġi mill-aktar fis ħalli dawn l-affarijiet ma jibqgħux isiru.

Talbet ukoll lil min qed iħalli lill-annimali f’dawn il-kundizzjonijiet biex jagħtuhom ċans li jsibulhom post għand familji li verament iħobbuhom.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks