Għandek bżonn (għal 4 persuni):
400g flett tal-majjal, maqtugħ f’biċċiet bitesize
Ftit dqiq plain
600g għaġin fusilli
Mgħarfa butir
Basla waħda kbira, imqatta’ fin
Żewġ imsiemer tat-tewm, imqattgħin b’mod fin
400g tadam imqatta’ , tal-bott jew frisk
100g ġobon cheddar maħkuk
400ml ilma
200ml ħalib
Kuċċarina chilli flakes
Melħ u bżar kemm tiggosta
Daqs zewġ imgħaref ħabaq frisk imqatta’
Metodu:
- Poġġi l-biċċiet tal-majjal ġo skutella.
- Roxx il-melħ, bżar u dqiq u ħawwad sakemm il-majjal ikun miksi sew.
- Saħħan il-butir fuq nar baxx f’taġen fond jew f’borma.
- Żid il-majjal u aqli għal madwar 7 minuti sakemm isir kannella u jibda jkollu ftit skorċa tqarmeċ fuq barra. Ħawwad kontinwament.
- Żid il-basla u t-tewm. Ħawwad għal ftit minuti sakemm il-basla tibda tirtab.
- Issa żid it-tadam imqatta’, l-ilma, il-ħalib, iċ-chilli flakes, u l-għaġin nej.
- Ħawwad sew fuq nar qawwi, sakemm jibda jagħli.
- Imbagħad baxxi n-nar, għattih, u ħallih itektek għal 10 minuti. Kultant tih taħwida.
- Neħħi l-għatu u kompli sajru mikxuf għal 5 minuti fuq nar baxx.
- Żid iċ-cheddar, ħawwad sew, u ħallih isir għal żewġ minuti.
- Aqleb fi platti mill-ewwel. Roxx il-ħabaq imqatta’ u servi.

L-ikla t-tajba!
Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net
Ikkumenta

Kontributriċi