Aktar kmieni, permezz ta’ filmat li ttella’ fuq il-paġna ta’ Facebook tal-programm tant maħbub u segwit, Ħadd Għalik, Anġie ħabbret li wara 13-il sena, Ħadd Għalik se jiġi fi tmiemu.

Filwaqt li qalet li tinsab grata ħafna għal dawn it-13-il sena, Angie rringrazzjat lil kull min b’xi mod jew ieħor ħadem mat-tim ta’ Ħadd Għalik, lill-udjenza li kien ikun hemm fl-istudjow, lill-parteċipanti kollha li ħadu sehem matul dawn it-13-il sena u lit-telespettaturi tas-sapport u r-rispons kontinwu li dejjem taw.

Ċertament li ħafna minna se nħossu n-nuqqas ta’ Ħadd Għalik, però, fl-aħħar tal-filmat, Angie ħabbret ukoll li kull nhar ta’ Ħadd, minn Ottubru, it-tim ta’ Ħadd Għalik se jippreżentalna xi ħaġa differenti!

U EJJA!!! Imma x’ġej f’Ottubru?!

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks