Ulied il-Lejl hija serje ġdida li se tibda tixxandar minn Ottubru li ġej fuq l-istazzjon NET.

Din is-serje, li diġà qed tqajjem interess kbir, hija bbażata fuq il-kotba Suwed Ulied il-Lejl ta’ Charles Micallef St John, b’adattament televiżiv ta’ Charles Stroud, li huwa wkoll id-direttur ta’ din is-sensiela.

Din is-serje se teħodna lura f’Malta tas-sena 1860, u se niskopru l-istorja ta’ mħabba ta’ żewġ żgħażagħ.

Bħalissa għaddejja ħidma bla heda bil-preparamenti u l-ġbid ta’ din is-serje, li mhuwiex daqstant faċli. Dan ghaliex kollox irid ikun adattat għall-ambjent ta’ dak iż-żmien.

Il-kast jidher li se jkun imżewwaq b’uċuħ ġodda kif ukoll dawk stabbiliti.

L-ewwel staġun ta’ din is-serje se jkun adattatament tal-ewwel ktieb bl-isem ta’ Ġorġa, u se nkunu qed ingawdu minn 27 episodju.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks