Għandek bżonn (għal 4 porzjonijiet):
400g tagliatelle jew għaġin ieħor
400g steaks tas-salamun (mingħajr ġilda jekk possibbli)
Ftit onion powder
Melħ u bżar skont il-gosti tiegħek
Mgħarfa żejt taż-żebbuġa
Mgħarfa butir
200ml inbid abjad
Mgħarfa meraq tal-lumi
200ml krema friska
Tliet sinniet tewm imqattgħin irqaq ħafna
100g ġobon parmesan maħkuk
Mgħarfa dqiq
Mgħarfa tursin frisk imqatta’
Metodu:
- Għalli borma misħun bil-melħ. Meta jagħli itfa’ l-għaġin u ħallih isir sakemm ikun ‘al dente’.
- Warrab ftit mill-ilma li tkun għallejt l-għaġin fih. Saffi l-għaġin u warrbu.
- Roxx is-salamun bl-onion powder, melħ u bżar fuq iż-żewġ naħat.
- F’taġen fond, żid iż-żejt taż-żebbuġa u l-butir fuq nar medju.
- Kif iż-żejt u l-butir jisħnu, żid is-salamun. Aqli s-salamun għal madwar 3 minuti fuq kull naħa.
- Neħħi s-salamun mit-taġen u warrbu.
- Żid l-inbid abjad, il-meraq tal-lumi, il-krema friska, it-tewm u l-parmesan.
- Ħallat sew u sajjar għal 3 minuti.
- Żid bil-mod id-dqiq maż-zalza, u ħawwad kontinwament biex tevita li jkollok ċapep.
- Żid is-salamun lura fit-taġen u kissru bil-wooden spoon biex jiġik biċċiet żgħar.
- Ħawwad is-salamun bil-mod maz-zalza. Sajjar għal madwar 5 minuti sakemm iz-zalza tagħqad ftit u s-salamun ikun sar.
- Issa żid l-għaġin fit-taġen, flimkien ma’ żewġt imgħaref mill-ilma li tkun sajjart l-għaġin fih.
- Ħawwad kollox bil-mod u ħallih fuq nar baxx għal madwar 5 minuti.
- Servi mill-ewwel, imżejjen bit-tursin u ftit parmesan fil-wiċċ.

L-ikla t-tajba!
Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net
Ikkumenta

Kontributriċi