L-istaġun tas-sajf jinsab fl-aqwa tiegħu. B’hekk, ir-riskju li persuna tagħtiha heatstroke huwa ogħla. L-aktar persuni li jbatu mis-sħana huma l-anzjani, dawk b’mard kroniku u t-tfal.
Ħa naqsam miegħek xi pariri biex tevita li s-sħana tax-xemx tkun ta’ periklu għalik:
- Ixrob minn tal-inqas bejn 1.5 u żewġ litri ilma kuljum. Jekk tqatta’ iktar ħin fuq barra u tegħreq spiss, jaf ikollok iżżid xi ftit iktar minn dan l-ammont, sabiex tevita n-nixfa.
- Evita li toħroġ bejn il-11am u l-4pm. Dak il-ħin, ix-xemx tkun fl-aqwa tagħha.
- Qis li ġewwa jkollok arja kkundizzjonata u titgħabbix b’ħafna ħwejjeġ ħoxnin.
- Qatt tħalli persuni jew annimali f’vetturi pparkjati fix-xemx.
- Sunblock tajjeb għandu jkollu Sun Protection Factor ta’ 30 jew aktar.
Persuna milquta minn heatstroke teħtieġ l-għajnuna minnufih għaliex dak li jkun jista’ jagħmel ħsara lil organi importanti tal-ġisem bħall-moħħ, il-qalb, il-muskoli u l-kliewi. Il-kumplikazzjonijiet serji jistgħu jkunu diversi u li wieħed saħansitra jista’ jkun qed jilgħab bejn ħajja u mewt.
Is-sintomi ta’ heatstroke jistgħu jinkludu temperatura għolja ta’ aktar minn 40 grad Celsius, ħmura fil-ġilda, konfużjoni, telqa, eċċezzjonijiet, uġigħ ta’ ras, ritmi tal-qalb jew tan-nifs jgħaġġlu, dardir jew remettar.
F’każ li tkun qrib persuna li qed tagħtiha heatstroke, ċempel 112 minnufih u ħu azzjoni billi fost l-oħrajn tqiegħed lill-persuna fid-dell jew ddaħħalha xi mkien ġewwa ‘l bogħod mill-qilla tax-xemx, tneħħilha xi lbies żejjed u tpoġġilha l-ilma frisk fuq wiccha, taħt id-driegħajn jew fuq il-koxox sabiex ġisimha jtaffi mis-sħana. Tista’ wkoll tagħmel użu minn fann sabiex tidderieġi l-arja kiesħa lejn il-persuna affettwata.
Jekk tixtieq issegwi l-blog tiegħi tista’ tagħmel dan billi tagħmel LIKE fuq din il-paġna ta’ Facebook: ×Be Holistically Healthy, MD× | Facebook
Jekk għandek xi mistoqsijiet li trid tistaqsi jew xi suġġett li tixtieq li nitkellmu dwaru ibgħatilna fuq info@skoperta.net

Tabiba