Select Page

Minn Ottubru li ġej, kull nhar ta’ Ħadd, Angie u t-tim tagħha se jerġgħu jibdew ikunu fuq l-iskrin tat-televiżjoni bi programm ġdid bl-isem ta’ UEJJA.

Fil-promo li ttella’, Angie qed tistieden lil min jixtieq jipparteċipa fil-programm, biex tagħmlu kuntatt magħhom permezz tal-paġna ta’ Facebook ta’ UEJJA jew inkella billi ċċemplu fuq 25606139.

Dawk li jixtiequ japplikaw iridu jkunu tnejn; pereżempju żewġt aħwa, miżżewġin, ħbieb, kollegi tax-xogħol u oħrajn. L-importanti li tkunu taqblu ħafna t-tnejn irid ikollkom ‘il fuq minn 18-il sena.

Angie ħabbret ukoll li f’dan il-programm jistgħu jintrebħu sa €2,000 cash kull nhar ta’ Ħadd!

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks